Atletika Sport

Maratona ta’ Londra: Kirputo u Yehualaw jispiċċaw fl-ewwel post

(Amos Kipruto - ir-rebbieħ tat-tellieqa tal-irġiel (EPA)

Minn Neil Camenzuli

Amos Kirputo mill-Kenya u Yalemzerf Yehualaw mill-Etjopja temmew fl-ewwel post fit-tlielaq elite tal-irġiel u tan-nisa rispettivament.

Fit-tellieqa tal-irġiel, Kirputo temm it-tellieqa b’ħin ta’ 2.04.39. Leul Gebresilase temm it-tellieqa fit-tieni post waqt li Bashi Abdi kien l-aħħar wieħed li sab postu fuq il-podium fil-kategorija tal-irġieli.

Il-ħin ta’ Yehualaw kien ta’ 2.17.26 u b’hekk hi kisret ir-rekord ta l-iktar mara veloċi fl-istorja tal-London Marathon. Fit-tieni post spiċċat Joyciline Jepkosge filwaqt li Alemu Megertu ukoll mill-Etjopja ġiet it-telet fost in-nisa.

Yalemzerf Yehualaw – ir-rebbieħa tat-tellieqa Elite tan-nisa (Ritratt: EPA)