Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara inċident barra l-mini ta’ Santa Venera

Raġel ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara inċident fi Triq Reġjonali, barra l-mini ta’ Santa Venera.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:50am fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kawazaki, misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Kirkop, u Mazda 2, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.