Pollakka ta’ 22 sena residenti San Ġiljan qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ġiet aggredita minn persuna li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa. It-tfajla sofriet ġrieħi f’wiċċha minn oġġett tal-ħġieġ.
Il-pulizija fi stqarrija qalu li l-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30am fi Triq San Ġorġ f’Paceville, San Ġiljan.
Hija ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku li ssejjaħ ftit mumenti wara l-inċident. Il-Pollakka ttieħdet l-isptar Mater Dei, fejn hemmhekk ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>