Lokali

Abela jgħid li qatt ma kellu rapporti dwar korruzzjoni fil-proġett tal-flyovers tal-Marsa

Il-Prim Ministru Robert Abela indika li ma daħalu l-ebda rapporti dwar l-allegat korruzzjoni fil-proġett tal-flyovers tal-Marsa. Dan minkejja li l-progett qed jiġi investigat mill-Prosekuturi tal-Unjoni Ewropea fuq suspetti ta’ korruzzjoni.

F’kumment lill-ġurnalisti barra l-Parlament, il-Prim Ministru stqarr li qatt ma kellu rapporti dwar dan l-allegat każ ta’ korruzzjoni u li sar jaf bih mill-media.

Il-kuntratt tal-flyovers tal-Marsa kien jammonta għal xejn anqas minn €40 miljun. U skont it-Times of Malta, dawn is-suspetti ilhom jiġu investigati mill-Pulizija sa mill-2019 wara li ġie kkonfiskat il-mobile ta’ Yorgen Fenech.

L-allegazzjoni hi li Yorgen Fenech serva ta’ middleman fil-proġett tal-flyovers u kien mwiegħed €2 miljun – li nofshom kienu ppjanati li jgħaddu fil-kumpanija sigrieta 17 Black.