Lokali Parlament

Gvern Nazzjonalista salva l-impjiegi fil-kriżi taż-żejt fl-2009

-Robert Cutajar, PN

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar tkellem dwar il-kriżi taż-żejt fl-2009 u spjega kif Gvern Nazzjonalista rnexxielu jżomm l-ekonomija għaddejja minkejja l-kriżi internazzjonali; irnexxielu jsalva l-impjiegi. F’dik il-kriżi, barmil żejt kien jiswa $140 waqt li llum dan jiswa $95, sostna Robert Cutajar li spjega kif Gvern Nazzjonalista salva l-impjiegi.

Dwar l-enerġija id-deputat Nazzjonalista qal li f’dan is-settur il-gvern Laburista għamel biss skandlu wieħed wara l-ieħor. L-ekonomisti jikkonfermaw li fl-2009 kien hawn kriżi mondjali.

Hu qal li gvern Laburista kisser ir-reputazzjoni ta’ Malta waqt li ma qeridtx il-faqar kif kien wiegħed. L-għoli tal-ħajja sploda llum.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar semma’ l-kwalità tal-ħajja u qal li f’dan il-kuntest l-ambjent illum inqered. Il-Gven jibqa’ wkoll passiv kif proġetti jibdew u ma jispiċċawx, sostna Robert Cutajar.