Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Malti ser jospita l-ewwel edizzjoni tal-Malta Invitational Game

Fi sforzi tal-Kumitat Olimpiku Malti biex tingħata spinta lid-dixxiplini sportivi li mhumiex parti mill-programm li ser jintlagħab waqt il-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023, il-Kumitat Olimpiku Malti ħa l-inizjattiva li jospita l-edizzjoni inawgurali tal-Malta Invitational Games.

Dawn il-logħob, li se jsiru bejn l-Erbgħa 5 sal-Ħadd 9 ta’ Ottubru, jkomplu fuq dak li nbeda snin ilu bil-logħob ta’ ħbiberija li waqfu xi snin ilu u li qabel kienu organizzati mill-Kumitat Olimpiku Malti u CONI Sicilia.

Permezz ta’ dawn il-logħob, Malta mistennija tilqa’ madwar 180 atleta li jirrappreżentaw 10 pajjiżi, jiġifieri Andorra, Bulgarija, Ċipru, Gżejjer Faroe, Ġibiltà, Islanda, Lussemburgu, Montenegro, San Marino u Malta.

Id-dixxiplini li fihom ser jikkompetu dawn l-atletli jinkludi l-bowling, it-taekwondo u t-triathlon.

Avvenimenti tal-bowling – Singles, Doubles, Team x4, se jsiru fl-Eden Super Bowl f’San Ġiljan. L-avvenimenti tat-Taekwondo li jikkonsistu fil- Flyweight, Featherweight, Welterweight u Heavyweight, ingħataw status ta’ klassifika mill-World Taekwondo u se jiġu ospitati fil-Qawra Palace Hotel, filwaqt li l-avvenimenti tat-triathlon se jikkonsistu f’Duathlon, Aquathlon u Triathlon se jsiru f’ three locations – Hal-Far, Pretty Bay Birżebugia and Salina Bay, Baħar iċ-Ċagħaq rispettivament.

F’kumment dwar l-avveniment, il-President tal-KOM Julian Pace Bonello esprima l-konvinzjoni tiegħu li dawn il-logħob se jipprovdu pjattaforma biex l-atletli jkunu jistgħu jikkompetu fuq livell internazzjonali kif ukoll jkejlu il-livell tagħhom.

Huwa kompla jgħid li l-pandemija ġabet ħerba fl-isport u dan l-avveniment se jgħin lill-atleti jaraw f’liema kundizzjoni jinsabu meta jikkompetu kontra pajjiżi minn stati zgħar oħra.

Filwaqt li l-avveniment għadu fil-bidu tiegħu, Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-KOM jinsab fiduċjuż li aktar se jsegwu dan l-avveniment anke minħabba l-fatt li r-rispons li kien hemm minn pajjiżi żgħar oħra huwa inkoraġġanti ħafna u jinsab kunfidenti li dan l-avveniment jista’ jkompli jikber u jespandi biex jinkludi iktar sport fl-ediżjonijiet li jmiss.