Lokali

Il-Ministru Aaron Farrugia ma kien jaf xejn dwar il-kwistjoni tal-flyovers

Dwar it-traffiku jgħid li jrid jagħmel it-toroq “siguri u fast”

Il-Ministru tat-Trasport u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia ma kellux idea li l-Pulizija kienu qed jinvestigaw każ ta’ allegata korruzzjoni fil-proġett tal-Flyovers tal-Marsa.

It-Tlieta filgħodu Net News staqsa lill-Ministru kienx mgħarraf b’dak li kien qed jiġri…kif ukoll jekk qalulux li l-Prosekuturi Ewropej, mill-EPPO fetħu investigazzjoni separata dwar allegata korruzzjoni li teħdona lura fl-2018 – fejn allegatament kien hemm involut fiha wkoll in-negozjant Yorgen Fenech.

Madanakollu, il-Ministru Farrugia insista li ma kienx jaf.

Fl-istorja żvelata mill-ġurnal The Sunday Times of Malta intqal kif l-EPPO stqarret li l-Pulizija Maltija ma riditx tirrilaxxalhom evidenza marbuta mal-investigazzjoni…iżda ironikament il-Ministru insista li għandhom iħallu l-investigaturi jaħdmu.

Mistoqsi jekk il-predeċessur tiegħu Ian Borg kelmux dwar l-investigazzjoni, Farrugia qal li probabbilment Borg ma kienx jaf lanqas.

Net News staqsa wkoll lil Aaron Farrugia dwar x’risposti se jaghti lill-poplu li ta’ kuljum u f’xi akwati, kull siegħa, jħabbtu wiċċhom ma traffiku enormi….wara li kien qalilna li t-traffiku jinġemgħa minħabba l-festi.

U wara li l-Ministru l-ġimgħa l-oħra saħaq li ma kienx jaf min kien il-Ministru jew Ministri involuti fir-racket tat-testijiet tal-karozzi fi ħdan Transport Malta…. Net News staqsa kellux idea dwar f’hiex waslet il-wegħda elettorali tal-Labour numru 414…li kellna nfakkruh aħna wkoll liem hi.

Filwaqt li Aaron Farrugia spjega li għaddejjin studji partikolari b’rabta mal-metro, insista li l-proġett huwa doable…imma preċiża jgħid li l-istudji ġeoloġiċi għad iridu jsiru.