Lokali Parlament

Jeħtieġ appoġġ għall-industrija tal-logħob tan-nar

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex l-industrija tal-logħob tan-nar tingħata l-appoġġ meħtieġ.

Fil-parlament Toni Bezzina qal li d-dilettanti tan-nar iffaċċjaw żieda fl-ispejjeż u fil-prodotti b’żidied ta’ madwar 240% fil-prezzijiet tal-prodotti.

Il-festi huma pilastru importanti tal-ekonomija Maltija u għalhekk iż-żieda fil-materjal taf tipperikola t-tradizzjoni iżda wkoll dawk li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan is-settur. Għalhekk il-gvern għandu jgħin iktar lill-industrija tal-piroteknika u tal-festi fil-pajjiż. Dan jista’ jsir billi jkun assigurat li ma jiżdidux l-ispejjeż ta’ dawn il-prodotti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jrid ikun assigurat li l-materja prima li tkun importata tkun affordabbli biex jonqsu r-riskju Piżijiet oħra huma ħlasijiet ta’ permessi biex jinħaraq in-nar. Is-soċjetajiet m’għandhomx jitgħabbew bi ħlasijiet eċċessivi.

Hu qal li problema oħra hi s-siti minn fejn jinħaraq in-nar u kompla li issa qed ikunu limitati minħabba l-iżvilupp li qed isir. F’kull lokal għandu jkun hemm postijiet li jkunu assenjati biex minnhom jinħaraq in-nar. Hu tkellem ukoll fuq l-importanza tas-sigurtà.