Lokali Parlament

Kellha tkun il-Kummissjoni Ewropea li timbotta għal-liġi dwar id-drittijiet tal-konsumatur f’Malta

– Rebekah Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg staqsiet fil-parlament għaliex kien hemm dewmien biex id-direttiva tkun implimentata; iktar minn sena. Kellha tkun il-KE li timbotta dwar dan.

Hi tkellmet dwar ix-xiri online u dwar it-tibdiliet li qed ikun hemm fix-xejriet tax-xiri. Hemm il-problema tal-qasma diġitali fejn kulħadd għandu jkun inkluż u kulħadd isir jaf id-drittijiet tiegħu. Għandha ssir kampanja biex id-drittijiet tal-konusmatur ikunu magħrufa. Kien gvern Nazzjonalista li fl-1987 ippubblika l-ewwel dokument dwar il-konsumatur. Il-Kodiċi Ċivili wkoll għandhom ikunu aġġornati.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumatur quddiem ix-xiri online. Ir-riklamar żejjed għandu jkun kontrollat beix il-konsumatur jixtri l-prodott li għandu bżonn. Hi semmiet il-ħidma kbira li tewttaq l-MCCA.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-għoli tal-ħajja u qalet li l-gven qed jipprova jiġġustifika l-għoli tal-ħajja. Hi sostniet li l-anzjani qed isiu diffikultajiet kbr bħaż-żgħazaħ, l-anzjani u l-familji.

Fid-diskors tagħha id-deputat Nazzjonalista riferiet għad-deċiżjoni tal-orti dr is-serq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u spjegat kif il-qorti kkonfermat li l-liġi kienet tajba iżda s-sistema kienet qed tinħadem b’mod illegali. Il-konsumatur ma jistax jinjora l-possibbiltà ta’ azzjoni kollettiva u jibqa’ vulnerabbli tad-dinja kooperattiva.