Futbol Sport

Premier League: Leicester bl-ewwel rebħa

Leicester City kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta fil-King Power Stadium għelbu lil Nottingham Forest 4-0. James Maddison poġġa lill-Foxes fil-vantaġġ fil-25 minuta biex żewġ minuti wara Harvey Barnes għamilhom 2-0. Maddison għaqqad dopjetta personali fil-35 minuta biex l-ewwel taqsima għalqet 3-0 favur Leicester.

Fit-tieni taqsima kien Patson Daka li ssiġilla rebħa għat-tim ta’ Brandon Rodgers fit-73 minuta għal skor finali ta’ 4-0.

Ir-riżultati kollha mit-tmien ġurnata kienu dawn:

Arsenal 3-1 Tottenham

Bournemouth 0-0 Brentford

Crystal Palace 1-2 Chelsea

Fulham 1-4 Newcastle

Liverpool 3-3 Brighton

Southampton 1-2 Everton

West Ham 2-0 Wolves

Man City 6-3 Man United

Leeds 0-0 Aston Villa

Leicester 4-0 Nott Forest