Illejla tul il-programm PROFILI wieħed se jkun jista’ jsegwi intervista ma’ attriċi famuża mhux ħażin f’pajjiżna li f’waqtiet il-partijiet li kienet tħaddan qajmu kemxejn ta’ kontroverzja.
Jane Marshall fi PROFILI se tkun qed tirrakonta dak kollu li għaddiet minnu f’episodji bħal dawn fejn anki hi u l-familja spiċċaw emigraw l-Awstralja. Akkost dan kollu iżda l-ħsieb kien li xi darba jiġu lura Malta.
Se naraw lil Marshall minn lenti differenti fejn bejn rakkont u ieħor, il-memorja se tkun qed iġġib tbissima u f’waqtiet anki emozzjoni fuq fomm il-profil.
PROFILI, illejla se jkun qed jixxandar fuq NET TV fit-8.30. Huwa għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.
Ara l-promo tal-programm hawnhekk.
//= $special ?>