Lokali

PROFILI: “Anki minn fuq il-pulptu qlajna ħasla per eċċelenza” – Jane Marshall

"In-nies kienu ħasbu li kissirt in-niċċa vera tal-Madonna"

Illejla tul il-programm PROFILI wieħed se jkun jista’ jsegwi intervista ma’ attriċi famuża mhux ħażin f’pajjiżna li f’waqtiet il-partijiet li kienet tħaddan qajmu kemxejn ta’ kontroverzja.

Jane Marshall fi PROFILI se tkun qed tirrakonta dak kollu li għaddiet minnu f’episodji bħal dawn fejn anki hi u l-familja spiċċaw emigraw l-Awstralja. Akkost dan kollu iżda l-ħsieb kien li xi darba jiġu lura Malta.

Se naraw lil Marshall minn lenti differenti fejn bejn rakkont u ieħor, il-memorja se tkun qed iġġib tbissima u f’waqtiet anki emozzjoni fuq fomm il-profil.

PROFILI, illejla se jkun qed jixxandar fuq NET TV fit-8.30. Huwa għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.

Ara l-promo tal-programm hawnhekk.