Futbol Sport

Serie A: Udinese b’rebħa lejn it-tmiem

(Ritratt: EPA)

Udinese kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva meta b’gowl lejn it-tmiem għelbu lil Verona 2-1. Josh Doig poġġa lil Verona fil-vntaġġ fit-23 minuta b’xutt mill-isbaħ. Udinese kellhom jistennew sas-70 minuta biex ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Beto minn pass ta’ Deulofeu. Udinese baqgħu jagħfu sal-aħħar biex skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fit-93 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-isbaħ ta’ Jaka Brijol. B’din ir-rebħa Udinese jinsabu fit-tieni post b’19-il punt.

Riżultati kollha mit-tmien ġurnata:

Napoli 3-1 Torino

Inter 1-2 Roma

Empoli 1-3 Milan

Lazio 4-0 Spezia

Lecce 1-1 Cremonese

Sampdoria 0-3 Monza

Sassuolo 5-0 Salernitana

Atalanta 1-0 Fiorentina

Juventus 3-0 Bologna

Verona 1-2 Udinese