Coronavirus Lokali Saħħa

20 każ ġdid tal-Covid-19, jonqsu l-każijiet attivi

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 20 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 21 persuna oħra.

Fortunatament fl-aħħar sigħat, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk l-ammont ta’ fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa jammonta għal 806.

Intant, it-total ta’ każi attivi jinżel bi ftit hekk kif f’pajjiżna għandna 277 każ ta’ Covid-19.