Lokali Qorti

Ħabiba tal-Filippina mixlija bil-qtil tas-sieħeb tagħha tgħid li marret għandha u qaltilha “ma nafx qtiltux”

Mara li hija ħabiba tal-Filippina ta’ 44 sena, akkużata bil-qtil tas-sieħeb tagħha qalet li matul il-lejl kienet marret għandha l-akkużata u qaltilha li kienet tagħtu daqqa ta’ sikkina u ma tafx jekk qatlitux. Hija kienet marret għand Miriam Capina Castillo bi ħwejjiġha f’bagoll imdaqqas u dehret eċċitata ħafna.

Dan ħareġ mix-xhieda ta’ l-istess Castillo, li hija wkoll Filippina fil-konfront ta’ Mayumi Santos Patacsil, li tinsab akkużata li fil-Mellieħa qatlet lis-sieħeb tagħha Marcelino Montalban Saraza fl-1 ta’ Lulju, 2021 b’daqqiet ta’ sikkina. Ix-xhud qalet li hija taf lill-akkużata permezz ta’ ħabiba oħra tagħha u li l-aħħar darba li kellmitha kien Ġunju, 2021.

Qalet fi fil-fatt sbieħ l-1 ta’ Lulju f’nofs il-lejl xi ħadd kien ċempel il-qanpiena tagħha tal-appartament u hi qalet lil żewġha biex jara min hemm barra hekk kif hi ipprovat tiftaħ l-bieb, iżda baqgħet iċempel u wara baqgħet tiela’ fuq. Castillo qalet li minbarra bagoll l-akkużata kellha f’idejha handbag u hi staqsiet x’kien ġara,

“Ma nafx jekk qtiltux jew le, tajtu bis-sikkina lil Marcelino – Għajnuni”. qalet l-akkużata lix-xhud. Kompliet tgħid li ma nnutat xejn stramb fuq ħwejjiġha u li kienet marret għandha speċifikament għal għajnuna. Patacsil qaltilha li kienet qed taħseb biex tmur tkellem lil min iħaddimha, iżda żewġha qalilha li l-aħjar li tmur għand il-Pulizija.

Ftit tal-ħin wara hija ħarġet barra mill-appartament iżda reġgħet irritornat għax riedet tixrob l-ilma u taqdi l-bżonnijiet naturali tagħha. Hija deheret nervuża ħafna u titriegħed. Wara reġgħet ħarġet u l-Pulizija kienu deheru li waslu fuq il-post, u hi u żewġha għalqu l-bieb tad-dar tagħhom.

Ix-xhud qalet li l-għada filgħodu pprovat iċemplilha iżda ma bdietx twieġeb. Il-mara Filippina tinsab akkużata li qatlet lis-sieħeb tagħha wara li skont hi kienet qed tissuspetta li s-sieħeb tagħha kien f’relazzjoni oħra. Mayumi Santos Patacsil tkienet ilha f’relazzjoni mal-vittma għal erba’ snin sakemm inqatel. Hija akkużata wkoll li ffabbrikat provi, li bagħbset l-evidenza u li għamlet rapport falz lill-pulizija.

L-Avukat George Camilleri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed jassisti lill-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Godwin Scerri u Shawn Pawney. L-Avukati Franco Debono, Ryan Ellul u Tiziana Micallef qed jidhru għall-mara.