Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Malta se tospita l-Kampjonati Ewropej SB20 2024

Ir-Royal Malta Yacht Club u l-Assoċjazzjoni Maltija SB20 ħabbru li Malta rebħet l-offerta biex tospita l-Kampjonati Ewropej SB20 2024 bejn id-29 ta’ Settembru u l-5 ta’ Ottubru 2024.

Il-klassi SB20 esperjenżat tkabbir madwar id-dinja, u dan l-entużjażmu kien esperjenzat f’Malta ukoll. Sa mill-bidu tagħha fl-2015, il-komunità lokali SB20 kienet attiva b’diversi tlielaq organiżżati f’lokalitajiet differenti madwar il-pajjiżna.

Il-popolarità tal-klassi hija l-aktar derivata mill-fatt li hija klassi ta’ disinn wieħed li jfisser li kulħadd jiġri bl-istess tip ta’ dgħajsa. It-tlielaq ma jiddependux fuq l-ammont ta’ teknoloġija investita iżda fuq il-ħila magħquda tat-tim fil-ġurnata.

Il-potenzjal ta’ Malta bħala destinazzjoni tal-ibburdjar ġie rikonoxxut permezz tar-rebħ ta’ din l-offerta li se tattira n-numru kbir ta’ baħrin tal-SB20 mill-Ewropa.

“Għalkemm l-avveniment se jsir fl-2024, ir-rebħa ta’Malta ġġenerat ħafna interess mill-ħbieb tagħna Ewropej, li ħafna minnhom jafu bir-reputazzjoni ta’ Malta bħala post ideali għall-ibburdjar. Diġà qed naħdmu qatigħ biex nagħtuhom l-aqwa esperjenza ta’ qatt qabel, li nisperaw li tirriżulta r-ritorn tagħhom għal kampijiet ta’ taħriġ kif ukoll li jbaħħru mal-flotta lokali tagħna” irrimarka Steve Carter, President tal-Assoċjazzjoni Maltija SB20.

Ir-Royal Malta Yacht Club se jkun qed jospita dan l-avveniment b’sfond qawwi fl-organizzazzjoni tat-tiġrijiet. L-avveniment ewlieni tal-Club huwa r-Rolex Middle Sea Race li se ssir aktar tard dan ix-xahar. Il-Klabb ospita wkoll avvenimenti oħra li kienu appoġġjati minn korpi internazzjonali bħal EurILCA u World Sailing.

“Ir-Royal Malta Yacht Club jinsab kuntent li jagħmel parti minn dan l-avveniment internazzjonali. Il-Klassi SB20 hija klassi żagħżugħa u dinamika u li hi aċċessibbli għall-etajiet u l-abbiltajiet kollha. Ninsabu fiduċjużi li dan l-avveniment internazzjonali li jsir lokalment se jgħolli aktar il-profil tal-Klassi u l-RMYC se jkompli jinvesti fl-infrastruttura tiegħu biex jospita aktar avvenimenti internazzjonali.” temm jgħid David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club.