Lokali Parlament

Il-gvern irid jiddeċiedi jekk hux mal-barranin jew mal-Maltin fuq l-isptarijiet

– Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian sostna li fil-ġranet li ġejjin il-gvern irid jiddeċiedi jekk hux mal-barranin jew mal-Maltin fuq l-isptarijiet.

Fl-Aġġornament tal-parlament Adrian Delia qal li Vitals ma kellhom l-ebda esperjenza fis-settur tas-saħħa u sostna li l-gvern ma jridx l-aqwa għall-poplu Malti fis-settur tas-saħħa. Dan wara li l-gvern għażel lill-Vitals li ħadd ma kien jaf min huma u bla esperjenza fis-saħħa.

Il-Gvern kien għamel diversi ċerimonji u wiegħed investiment €200 miljun fl-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-gvern iffirma kuntratt għal 30 sena ma’ Vitals.

B’dan il-kuntratt Vitals kienu marbutin li jagħmlu investiment ta’ €200 miljun. Mill-2015 għaddew seba’ snin, iżda minn dan l-investiment ta’ €200 ma sar ebda investiment minn Vitals.

Adrian Delia kompla li qabel l-2017 il-Ministru Chris Ferane sejjaħ konferenza u ħabbar li l-konċessjoni għaddiet f’idejn Steward Health Care u sejħilha “the real thing”. L-oħrajn kienu foloz u dawn issa huma t-tajbin.

Fl-2019 Steward ippreżenta pjani għall-isptarijiet iżda l-perit kien informa lill-Awtorità tal-Ippjanar biex il-proċess ta’ żvilupp jiġi sospiż.

Hu qal li madwar il-binjiet ta’ San Luqa hemm abbandun totali u sostna li f’dawn l-isptarijiet ma sar l-ebda investiment. Fit-28 ta’ Awissu 2022 Steward ħabbru li għamlu l-qligħ meta dawn m’għamlu l-ebda investiment.

Il-fatti huma li l-gvern qed itihom €70 miljun, ma jwettaq l-investiment u issa qed jagħmel il-qligħ. Il-Ministru Fearne ma qallhomx biex ituhom lura l-€260 miljun lill-poplu Malti, il-Ministru Fearne qal li kien qed jitkbilhom forsi jibdew jagħmlu x-xogħlijiet. Fis-sajf sar magħruf li Pakistani xtara passaport Malti u qed jerda l-miljuni mid-deal tal-Vitals.

Adrian Delia kompla li miljuni jinħarġu mill-Vitals wara li l-gvern jgħaddilhom il-miljuni; dawn jeħduhom l-azzjonisti. Possibbli l-Ministru tal-Finanzi ma jafx kif jista’ jaqta’ €200 miljun u qatagħhom mill-università?

F’dan il-ġranet li ġejjin il-Prim Ministru jrid idaħħal is-sottmissjonijiet fil-kawża u għandu żewġ għażliet; se jgħid li hawn il-barranin li qed jisirquna u jibqa’ jtihom il-flus jew se jiddefendi lill-poplu? Il-pożizzjoni tal-PN hi ċara li għandu jaqa’ l-kuntratt. Il-poplu qed jistenna u se jkun jaf.