Lokali

IL-KAŻ TAL-KAŻIN TAL-PL F’BIRŻEBBUĠA: Il-Qorti tiddikjara li nkissru d-drittijiet fundamentali tas-sidien

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili sede Kostituzzjonali ikkundannat lill-Avukat tal-Istat u lill-Awtorità tad-Djar iħallsu €993,000 wara li inħareġ requisition oreder biex il-Partit Laburista jokkupa l-każin ta’ Birżebbuġa – propjetà li tinsab eżatt faċċata tal-baħar f’post mill-isbaħ f’din il-lokalità.

Is-sentenza ingħatat fil-Qorti dalgħodu.

Il-Qorti ddikjarat ukoll li inkisru d-drittijiet fundamentali tas-sidien ta’ din il-propjetà.

Għas-sidien deher l-avukat Edward Debono.