Internazzjonali

Il-Korea t’Isfel: Apoloġija wara l-falliment ta’ missila

Il-militar tal-Korea t’Isfel talab skuża wara li falliet prova ta’ missila fil-belt ta’ Gangneung, viċin il-kosta. L-eżerċizzju kien qed isir waqt manuvri militari konġunti bl-involviment tal-qawwiet Koreani u tal-Istati Uniti.

Filwaqt li spikkaw ir-rapporti dwar splużjoni u nirien b’kaġun tal-missila, il-militar Korean ma rikonoxxiex l-inċident qabel laħqu għaddew seba’ sigħat. Fl-istess ħin, il-kelliema militari fil-Korea t’Isfel qalu li ma kien hemm l-ebda vittmi jew midruba.

Il-prova tal-missila saret l-għada li l-Korea ta’ Fuq komunista sparat missila li għaddiet minn fuq l-art tal-Ġappun. L-isparatura mill-komunisti kienet l-ewwel ta’ dan it-tip mill-2017 u wasslet għal wirja ta’ saħħa militari  mill-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel.

Dan ukoll waqt li l-qawwiet Koreani u Amerikani sparaw il-missili lejn il-Baħar tal-Ġappun bejn territorju Ġappuniż u l-penisola Koreana.Intant, kien biss wara li l-militar tal-Korea t’Isfel ikkonferma l-falliment ta’ waħda mill-missili, tat-tip Hyunmoo-2, waqt li insista li l-warhead ma splodiex fl-inċident.