Lokali Parlament

Il-parlament isellem il-memorja ta’ John Grech, missier il-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-parlament ingħaqad biex sellem il-memorja ta’ John Grech, missier il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

F’din l-okkażjoni tkellmu l-Ispeaker tal-parlament Anġlu Farrugia, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u d-Deputat Spekaer u deputat Nazzjonalista David Agius.

Għal din l-okkażjoni attendew fil-parlament il-familja ta’ John Grech.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li kien sema’ ħafna dwar John Grech; li kien deskritt bħala raġel ta’ rispett u sors ta’ kuraġġ għal diversi persuni. Hu qal li, bħala missier, John Grech kien jagħti l-appoġġ kollu lil ibnu Bernard Grech fil-politiku.

Id-Deputat Speaker David Agius qal li l-marka ta’ missier fuq uliedu hi qawwija. John Grech kien attvi fis-skiet għal 90 sena fil-moħbi iżda llum il-ħidma ta’ John Grech qed tidwi fil-parlament.

David Agius qal li John Grech kien raġel ġust u li għamel kollox fis-skiet. John Grech kien raġel kwiet u seren; raġel ta’ rispett. Dan hu żmien li fih nibqgħu niftakru t-tajjeb ta’ John Grech li hu rifless fil-familja tiegħu.

David Agius qal li John Grech ħa bagalja mimlija opri tajba miegħu għaliex waqaf mal-morda, żarhom, ħa sehem fl-attivitajiet tal-parroċċa u kien attiv mal-priġunieri. Dawn huma l-valuri sodi ta’ John Grech; il-pajjiż għandu bżonn ċittadini insara bħal John Grech u politiċi li jaraw biss kif jagħmlu l-ġid għall-poplu Malti.

David Agius qal li l-politika għandha tkompli tinbena fuq il-valuri li kellu John Grech, biex il-politiku ma jkunx vojt minn ġewwa u jitgħallem jirrispetta lil xulxin.

Il-Kap tal-Oppżiozzjoni Bernard Grech rringrazzja lil kulħadd għas-solidarjetà u appella biex ħadd ma jitlef opportunitajiet biex ikunu pożittivi ma dawk li jħobbu. Kulaħdd għandu bżonn il-kelma ta’ kuraġġ f’mumenti diffiċli; kulħadd uman u għalhemm ir-rispett ġenwin irid jirbaħ dejjem.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li kien iltqa’ ma’ missier Bernard Grech ftit qabel miet u sostna li kien impressjonat bid-diskursata li kellu miegħu.