L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li fl-aħħar il-Gvern se jkun qed iressaq numru ta’ emendi li jindirizzaw sfidi miġjuba mil-liġi preżenti li tirregola l-qbiela tar-raba’ flimkien ma’ White Paper dwar riforma fil-qasam tar-raba’. Dawn it-tibdiliet huma viċin ħafna dawk mressqa mill-PN fl-aħħar xhur u snin, kif spjegat fl-istqarrija maħruġa fit-13 ta’ Settembru 2022 bit-titlu: ‘Bżonn ta’ azzjoni immedjata mill-Gvern biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-prezzijiet tal-qbiela’. Proposti simili kienu elenkati fil-programm elettorali tal-PN tal-2017.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina u mill-Kelliema għall-Artijiet u Drittijiet tal-Konsumatur Rebekah Cilia, l-PN qal li ilu jisħaq sabiex isiru numru ta’ tibdiliet għaliex is-sitwazzjoni preżenti se twassal għat-telfien tal-qasam agrikolu. Ir-reviżjoni fil-prezzijiet tal-qbiela ta’ art agrikola mill-Awtorità tal-Artijiet, l-użu aktar għaqli ta’ artijiet agrikoli, l-introduzzjoni ta’ katast ta’ art agrikola, miżuri fiskali fosthom eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċesjoni u l-ħarsien tal-provvista tal-ikel kienu fost it-temi li tqajmu mill-PN fl-aħħar xhur u snin u li llum l-gvern beda jtihom widen permezz ta’ din il-White Paper.
Waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni li ser issir ser nkunu qed nikkonsultaw mal-partijiet kollha interessati sabiex filwaqt li ntejbu il-proposti ippreżentati fil-white paper, fejn jkun meħtieġ ser inkunu qed inresqu l-quddiem proposti addizjonali biex niżguraw li l-politika agrarja ta’ pajjiżna jkollha viżjoni li tħares fit-tul biex dan il-qasam jkun aktar kompetitiv u reziljenti kemm ghall-isfidi tal-lum u ta’ ghada.
//= $special ?>