Internazzjonali

Il-Premju Nobel: Tliet xjenzati rikonoxxuti għall-proċess tal-click-chemistry

Il-Premju Nobel għall-Kimika ntrebaħ minn tliet xjenzati għall-ħidma tagħhom biex jgħaqqdu l-molekuli flimkien fi proċess magħruf bħala click-chemistry.

Ix-xjenzati — Carolyn Bertozzi, Morton Meldal, u Barry Sharpless  – se jaqsmu l-premju ta’ 10 miljun Krona Żvediżi – ekwivalenti għal aktar minn 800,000 ewro.

Il-ħidma ta’ dawn ix-xjenzati tintuża għall-istudju taċ-ċelloli kif ukoll għall-osservazzjoni ta’ proċessi bioloġiċi – għaldaqstant, l-istudju jista’ ikun applikat anki fil-mediċina għal kontra l-kanċer.

Il-click-chemistry, b’hekk, jinvolvi proċess li jgħaqqad il-molekuli l-istess bħall-molekoli li jeżistu fiċ-ċelloli ħajjin.

Intant, Carolyn Bertozzi – li hi wkoll pijunier fil-ħidma dwar il-kimika bijo-ortogonali – h t-tmien mara li rebħet in-Nobel għall-Kimika. Dan meta l-Kumitat tan-Nobel faħħar lil dawn it-tliet xjenzati għall-kontribut lejn il-funzjoni aħjar tal-kimika b’mod li qed iħalli impatt enormi f’termini xjentifiċi.