Lokali Qorti

Il-Pulizija tiddeskrievi xena ta’ tfal imwerwra li kienu miżmuma ostaġġi

Tliet itfal bniet irnexxielhom jaħarbu minn appartament fil-Għargħur waqt li kienu qegħdin jinżammu ostaġġi minn raġel li kellu arma f’idejh. Martu kienet barra u meta waslu l-Pulizija nfurmathom li żewġha qalilha li kien se joqtolhom. It-tfal li deheru mbikkma anke avżaw lill-Pulizija biex joqgħodu attenti li r-raġel kien armat.

Il-Pulizija minn diversi taqsimiet li kienu waslu fuq il-post wara t-3.30am. innutaw raġel fil-gallarija li kif rahom daħal jiġri ‘l ġewwa. Dak il-ħin it-tliet ibniet ħarġu jiġru barra wara li skappaw mill-kamra li kienu fiha. Huma qalu lill-Pulizija li kienu qegħdin jinżammu minn persuna li kien għadu ġewwa u li kellu arma. Waħda mill-bniet hija t-tifla tiegħu.

Il-Pulizija daħlu mill-komun tal-appartament u lissnu l-kliem, “Pulizija u ninsabu armati” bir-risposta minn naħa tiegħu tkun “Ma jimpurtax”. Dan kollu ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni kontra raġel ta’ 37 sena mill-Għargħur li qed mixli li hedded bil-mewt b’arma tan-nar tliet t’itfal bniet.

Bintu ta’ 10 snin, li tbati bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, tifla oħra li hija fostered minnu u l-kuġina tagħha, li hija ukoll ‘fostered’ mill-kuġina tal-eks mara tal-akkużat.   Sammut li jinsa barra fuq pleġġ qed jiġi mixli wkoll li hedded lil mara bil-fomm u li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq bintu ta’ 10 snin.

Huwa qed jiġi mixli li hedded lil bintu ta’ 10 snin, li tbati bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, tifla oħra li hija fostered minnu u l-kuġina tagħha, li hija ukoll ‘fostered’ mill-kuġina tal-mara tal-akkużat. Il-Pulizija xehedu li fit-18 ta’ April ta’ din is-sena fit-3.30am daħlet telefonata fil-control room tal-Għargħur minn persuna femminili li kienet tgħid li r-raġel tagħha qed iżomm lit-tfal b’arma ippuntata .

Meta waslu fuq il-post il-Pulizija qalu li ma pparkjawx fejn l-appartament imma ftit il-bogħod. L-akkużat kien qiegħġed fil-gallarija u x’ħin rahom daħal jiġri l-ġewwa. Ix-xhieda qalu li huma daħlu moll-komun tar-residenza u hemm taw tliet ibniet jiġru li qaluhom, “moħħkom hemm għax armat.”

Hekk kif bdew telgħin, il-Pulizija identifkaw ruħhom u lilu rawh niżel jiġri b’ċertu rabja u arrestawh fit-taraġ, imma mhux qabel ma waqgħu fuq xulxin minħabba l-impatt. Dwar il-komportanent tat-tfal ix-xhieda qalu li deheru imbeżża’ u ppanikkjati. Bdew jgħidu li għandu arma fil-kċina u li żamma fuq il-mejda filwaqt li huma kienu fuq is-sufan.

Ix-xhieda qalu li l-imputat kien irrabjat u li huwa raġel b’saħħtu tant li mera l-Pulizija u hu waqgħu t-taraġ spiċċa wkoll biex inqala xi irħam. Qalu li fuqu kelly riħa ta’ xorb, u li l-intenzjoni tiegħu kien li ried joħroġ minn hemm ġew. Madankollu fl-ebda ħin huwa ma attakka lill-Pulizija u ma tkessaħx magħhom.

Mistoqsi mill-avukat Franco Debono jekk meta l-Pulizija ltaqgħet miegħu fit-taraġ kienx armat. Ix-xhieda kollha qalu li le u qalu wkoll li ma tkessaħx magħhom anke jekk kellu ammont ta’ rabja fuqu. “Aħna konna tlieta u hu kien niżel jiġri u għalhekk seħħ l-impatt,” qalu x-xhieda.

Ikkopera mal-Pulizija

Fuq mistoqsija oħra tal-Avukat Franco Debono x-xhieda kollha qalu wkoll li huwa kkopera magħhom u saħansitra qalilhom fejn kienet l-arma. Dan għamlu mas-Surġent tad-Distrett. Wara li kkalma bdiet issir tfittxija fir-residenza. Fuq mistoqsija oħra tal-Avukat Debono, huma xhud minnhom qal li hu ma ġiex aggredit mill-akkużat, u kieku ġara dan kien imru għant it-tabib jagħmel ċertifikat mediku.

Xhud ieħor qal li t-telefonata li saret minn mara lill-Pulizija kienet tgħid li lilha qalilha li jekk ma tmurx lura fejn kien hu kien se jispiċċa jispara fuq it-tfal. Qal li meta waslu fuq il-post sabu lil din il-mara barra mbeżża. Tenna wkoll li bħal ma għamlu Pulizija oħra li marru fuq il-każ, ipparkjaw żewġ kantunieri l-bogħod minn fejn ix-xena tar-reat.

Dan qal ukoll li ra t-tfal jibku u kkonferma li meta ġew wiċċ imb wiċċ mal-akkużat dan ma kienx armat. Kuntistabbli li xeher ukoll fuq il-każ qal li wara li għadda kollox l-akkużat stess indikalu li għandu aktar armi. Huwa ħadu f’appartament faċċata ta’ fejn kien qiegħed fejn hemm kellu żewġ pistoli u xi shotguns.

L-akkużat qallu wkoll li kellu arma għand ommu u oħra fil-vann tiegħu. Minn hemm huwa ttieħed fl-Għassa tal-Pulizija tan-Naxxar għall-interogazzjoni. L-Ispettur John Spiteri qed imexxi l-prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Jason Azzopardi qed jidher bħala parte civile fil-każ.