Lokali Transport

Inċentiva biex jonqsu l-karozzi fit-triq

Il-Malta Automobile Club qed jappella lill-Gvern biex il-liċenzja tal-karozza għall-pensjonanti tibda titħallas pro-rata – fi kliem semplici, tithallas skont kemm verament tintuża l-vettura, u kemm tkopri kilometri.

F’ittra mibghuta minn Alfred Farrugia f’isem din l-ghaqda, intqal li ħafna anzjani jagħmlu użu mill-karozza tagħhom ferm anqas minn nies oħrajn, l-aktar għal xi qadja jew appuntament l-isptar, u żgur li l-problema preżenti tat-traffiku mhux joħolquha l-anzjani.

Għalhekk qed isir l-appell biex l-awtoritajiet jieħdu inkunsiderazzjoni din it-talba li tagħti attenzjoni għal kemm fir-realtà il-vetturi użati ikopru distanza fit-triq… u fuq dan il-kriterju l-pensjonanti jkunu mitluba jħallsu.

Il-mileage jkun jista’ jittieħed mill-awtoritajiet kompetenti u dan jista’ jsir ukoll b’test tal-VRT.

L-Automobile Club qal li wara li jingħata dan l-inċentiv lill-anzjani, jista’ wkoll jibda jingħata lil dawk li fir-realtà jużaw ftit il-karozza tagħhom – għandhom kemm għandhom età. Farrugia qed jghid li din il-proposta zġur mhux forsi se tkun qed tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku ghaliex hija incentiva biex persuni jirregistraw għal-licenzja orħos allura jużaw anqas il-vettura tagħhom.