Lokali

It-traffiku jibqa’ jippersisti… anke jekk spiċċa l-istaġun tal-festi

Hekk kif il-problema tat-traffiku qiegħda dejjem teskala… issa… anke l-membri tal-Gvern qed ikollhom jammettu li t-traffiku qed iħalli effett negattiv fuq kulħadd – inkluż fuq in-negozji.

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri stqarr ma; Net News li l-ammont kbir ta’ traffiku li ta’ kuljum qed jaffaċċja pajjizna qed jaffetwa numru kbir ta’ negozji… bil-konsegwenza li qed jaffaċċjaw zieda fl-ispejjez.

Minkejja dan, il-Ministru xorta ħareġ għonqu għal sieħbu l-Ministru Aaron Farrugia u qal li għandu fiduċja fih. Izda fl-istess sentenza ammetta li l-poplu dejjem għandu raġun.

Bla dubju ta’ xejn li l-ammont kbir ta’ traffiku li pajjizna qed jaffaċċa f’kull ħin tal-ġurnata b’mod speċjali ta’ kull filgħodu qed jirrabja lil ħafna nies.

Izda din il-gimgha, iltqajna ma’ ċertu Deputati Laburisti li flok jammettu li hemm problema… spiccaw jew jiddiehqu bis-sitwazzjoni jew saħansitra jgħidu li ma jsibux traffiku – xi ħaġa li hija diffiċli ferm li titwemmen.

U minkejja l-ftaħir tal-Gvern bil-proġetti tal-flyovers tal-Marsa u tas-Central Link, sa issa l-poplu għadu ta’ kuljum jieħu qata’ joħroġ mid-dar hekk kif ta’ kull filgħodu qed jaffaċċja quddiemu stennija twila sakemm jasal għad-destinazzjoni tiegħu. Anke issa…li spicca l-istagun tal-festi!