Lokali Parlament

Jerġgħu jinkisru l-Linji Gwida dwar ir-riklami mill-ministri minn fondi pubbliċi

  • Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna fil-parlament li riklam li fih jinkludi ritratt tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana bi skop ċar li jippromwovi lilu nnifsu f’riklam imħallas mill-gvern, jammonta għal ksur tal-Linji Gwida maħruġa mill-Kummissarju għall-Istandards.

Dawn l-istandards kienu nħarġu mill-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler fil-kuntest tad-diversi każi mressqa quddiem partikolarment il-każ tal-ex Ministru Carmelo Abela.

Fit-tweġiba tiegħu fil-parlament, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li hu konxju ta’ dan ir-riklam, li joqgħod attent ħafna kif jimxi f’dawn l-affarijiet u li ma kellu l-ebda ħsieb jippromvoi lilu nnifsu. Hu sostna li qatt ma kellu l-intenzjoni li jagħmel dan.