Lokali Parlament

L-Ispeaker jappella biex mistoqsijiet parlamentari ikunu mwieġba iżda ma jistax jobbliga lill-ministri

F’ruling mogħti fuq rikjesta tad-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia sostna li minkejja li ma jistax jindaħal fil-mod kif il-ministeri jwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari, dawn il-mistqosijiet għandhom ikunu mwieġba.

F’Mejju li għadda Paula Mifsud Bonnici ressqet żewġ mistoqsijiet paramentari li fihom staqsiet kemm hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 u taħt is-€700 fix-xahar sal-aħħar tal-2021. Dawn it-tweġibiet għadhom mhux imwieġba u għalhekk id-deputat Nazzjonalista ressqet talba lill-Ipeaker biex jagħti ruling u jordna li dawn il-mistqsijiet ikunu mwieġba.

Fir-ruling tiegħu l-Ispeaker qal li s-Sedja kienet se tieħu l-pożizzjoni li dejjem tieħu quddiem dawn iċ-ċirkostanzi billi tappella biex il-mistoqsijiet ikunu imwieġba iżda tiddikjara li ma tistx tidħolx fil-mod kif dawn ikunu mwieġba.