Lokali Qorti

Tabib sema’ lil xi ħadd jgħid fil-‘lock-up’ li Tong kien bela’ xi ħaġa

Tabib sema’ lil xi ħadd jgħid fil-lock-up tal-Pulizija li Richmond Tong kien belaż xi ħaġa” waqt l-arrest Espert medikolegal maħtur mill-qorti semgħet lil xi ħadd jgħid li Richmond Tong “bela xi ħaġa jew qabel jew waqt l-arrest. Meta kompliet il-kumpilazzjoni kontra l-ispettur Stacy Gatt, ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ, u s-surġent ta’ 35 sena Karl Vella Cassia mir-Rabat.

Huma qed jiġu akkużati b’omiċidju involontarju minħabba l-mewt ta’ Tong waqt li kienu arrestat fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija. Vella Cassia qed jiġi mixli wkoll li ta xhieda falza taħt ġurament waqt l-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta’ Tong. Tong kien miet fl-24 ta’ Ġunju, 2020 fl-3.40am.

F’seduta qasira qudiem il-Maġistrat Doreen Clarke, rappreżentant tal-JobsPlus ippreżenta l-istorja tal-impjieg ta’ Gatt u Vella Cassia li ġew ippreżentati fl-atti tal-każ. Wara kien Dr Mario Xerri li kkonferma r-rapport tiegħu taħt ġurament. L-avukat Franco Debono li qed jassisti lill-familja ta’ Tong staqsa lill-espert tal-qorti jekk kienx sema’ xi ħaġa b’mod partikolari dwar il-każ.

Scerri spjega li waqt li kien fil-lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kien sema’ lil xi ħadd jgħid li Tong deher jibla’ xi ħaġa “qabel jew waqt l-arrest”. Il-maġistrat inkwirenti kien diġà qiegħed hemm jinvestiga meta seħħ dan. It-tabib żied jgħid li kien hemm preżenti wkoll l-uffiċjali tal-night shift.

L-Avukat Debono staqsa jekk jistax jidentifika min qal dan il-kliem, iżda t-tabib qal li ma jistax jiftakar, għalkemm ftakar dak li kien sema’. “Ma nistax niftakar min qalha, smajthom jgħidu biss, u għamilt nota dwarha. Qabel ma wettaqt l-eżami post-mortem, kont għedtilhom biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-istonku tar-raġel, filwaqt li jżommu f’moħħhom dak li kont smajt aktar kmieni. Aħna dejjem diliġenti meta nagħmlu eżamijiet bħal dawn, madankollu, din id-darba kien hemm dan il-fatt. U kieku bela’ xi ħaġa, konna nsibuha fl-istonku,” spjega Scerri.

It-tabib saħaq li kif kien semagħha hu, jassumi li oħrajn għamlu wkoll. L-Avukat Gianella De Marco li dehret għal Gatt, saħqet li dak li qal Xerri ma jagħmilx sens. Żiedet tgħid li se tagħmel il-kontro-eżami lix-xhud dwar ir-rapport fi stadju aktar tard.

L-Standard Operating Procedures li għandhom jiġu segwiti mill-uffiċjali meta jiffaċċjaw sitwazzjonijiet bħal dawn tressqu l-Qorti mis-Supretendent Victor Aquilina fuq talba tad-difiża. Aquilina spjega li qabel il-mewt ta’ Tong ma kienx hemm SOP fis-seħħ u d-dokument li esebixxa nħareġ fis-7 ta’ Frar 2022.

“Qatt ma għidt li gwida bħal din għall-uffiċjali ma kinitx teżisti. Madankollu, kieku kien hemm gwida, kienet tkun f’forma ta’ ċirkolari interna imma issa għandna SOP,” iċċara Aquilina. Is-seduta ġiet aġġornata għas-16 ta’ Novembru fil-11.30am.

L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb dehru in parte civile għall-familja ta’ Tong. L-Avukat Giannella de Marco assistiet lil Gatt. L-Avukat Joe Giglio assista lil Vella Cassia. Il-Qorti ppresediet il-Maġistrat Doreen Clarke.