Internazzjonali

Tarbija salvata mill-Carabinieri ta’ Trapani wara li tħalliet abbandunata f’borża tal-plastic f’għalqa

Kien bidwi li induna bit-trabija. U mal-ewwel informa lill-awtoritajiet fil-Provinċja ta’ Trapani.

Din hi l-istorja ta’ tarbija li lbieraħ tħalliet abbandunata f’għalqa; tifel tat-twelid illi tpoġġa’ f’borża tal-plastic u tħalla waħdu fil-limiti tal-villaġġ ta’ Paceco.

L-ewwel li wasal fil-post kien uffiċjal, bl-isem ta’ Alberto, li ħadu f’idejh u assigura li t-tifel kien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Fil-fatt, issa ttieħdet deċiżjoni li t-trabija tissemma’ Francesco Alberto – l-isem tal-uffiċjal, kif ukoll il-qaddis San Franġisk li lbieraħ kienet il-festa tiegħu.

Il-media Taljana qed tirreferi għal dan il-każ bħala “miraklu”.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, u fost l-oħrajn qed tanalizza il-ftit cameras tas-sigurtà li hemm fl-inħawi.