Lokali

Tirritorna l-Birgufest wara nuqqas ta’ 3 snin

Wara nuqqas ta 3 snin il-Birgufest se terġa’ tagħti l-ħajja lit-toroq tal-Birgu. Attivita’ li hija magħrufa għall-atmosfera li joħolqu ix-xemgħat li jdawwlu l-lokalita tal-Birgu waqt din l-attivita’.

Is-Sindku tal-Birgu John Boxall qal li għal din is-sena din l-attivita’ se jkollha attrazzjonijiet differenti. Barra minn hekk, huwa qal li s’issa hemm ippjanat li se jintużaw madwar 30,000 xemgħa – għalkemm dawn mistennija jiżdiedu. Il-Ġirbin żgur huma kburin b’din l-attivita’ li turi l-istorja u l-kultura ta’ din il-lokalita’.

Din l-attivita bdiet 17-il sena ilu u hija attivita li tesponi t-tradizzjonijiet tal-Birgu.

Barra minn hekk, huwa qal li waqt din l-attivita’ il-mużewijiet kollha se jkunu miftuħin għall-pubbliku kif ukoll se jkun hemm diversi produzzjonijiet fil-knejjes.

Il-Birgu Fest se jiftaħ il-Ġimgħa filgħaxija bil-qofol jintlaħaq nhar is-Sibt.