Chelsea wrew is-saħħa tagħhom meta f’darhom għelbu lil Milan 3-0. Wesley Fofana fetaħ l-iskor wara 24 minuta. Fit-tieni taqsima kien Pierre Emerick Aubameyang li għamilhom 2-0 biex fit-63 minuta Reece James għamel l-iskor 3-0.

Juventus kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Maccabi Haifa. Adrien Rabiot fetaħ l-iskor għal Juventus wara 35 minuta. Dusan Vlahovic għamilhom 2-0 fil-50 minuta. Maccabi Haifa naqsu l-iskor permezz ta’ Dean David qabel ma Adrien Rabiot skorja t-tieni gowl personali tiegħu għal skor ta’ 3-1.
Manchester City f’darhom kisbu rebħa komda ta’ 5-0 kontra Copenhagen. Erling Haaland poġġa lil City fil-vantaġġ wara 7 minuti, bl-istess attakkant Norveġiż jirdoppja fit-32 minuta. Awto-gowl ta’ Davit Khocholava għamel l-iskor 3-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, it-tim imexxi minn Pep Guardiola kompla jkabbar l-iskor u kien penalty ta’ Riyad Mahrez li għamel l-iskor 4-0 qabel ma s-sostitut Julian Alavarez skorja l-ħames gowl tal-partita.

Real Madrid kellhom jitħabtu biex għelbu lil Shakhtar Donestk 2-1. Gowls ta’ Rodrygo u Vinicius fetħu vantaġġ ta’ 2-0 għal Real Madrid, qabel ma’ Oleksandr Zubkov daħħal lil Shakhtar fil-partita.

PSG kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Benfica. Lionel Messi poġġa lil PSG fil-vantaġġ, qabel ma kien awto-gowl ta’ Danilo Pereira li għamel l-iskor indaqs tard fl-ewwel taqsima.
Rizultati:
Leipzig 3-1 Celtic
Salzburg 1-0 D. Zagreb
Benfica 1-1 Paris SG
Chelsea 3-0 Milan
Juventus 3-1 M. Haifa
Man City 5-0 Copenhagen
R. Madrid 2-1 Shakhtar
Seville 1-4 B. Dortmund
//= $special ?>