Futbol Sport

UEFA Regions Cup: It-tim Malti jtemm l-impenji b’telfa kontra Belgrade

It-tim Malti li pparteċipa f’Grupp B tar-Regions Cup, f’Zadar illum temm l-impenji tiegħu b’telfa oħra, fit-tieni logħba tiegħu f’din il-kompetizzjoni. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Alfred Attard, it-tim lokali tal-amateurs kellu jbaxxi rasu għal Belgrade tas-Serbja, b’telfa ta’ 3-0.

Fl-ewwel partita tal-Maltin, dik ta’ nhar l-Erbgħa li għadda kontra Split Region tal-Kroazja, Malta tilfet 2-1. Fl-istess grupp ta’ Malta kellu jkun hemm is-sehem ta’ Ivano-Frankivsk, tim mill-Ukrajna, iżda minħabba l-problemi li attwalment hemm fil-pajjiż, dan il-klabb ma setgħax jonora l-impenji tiegħu fil-Kroazja.