Kunsilli Lokali Lokali

“Ġenna ta’ Ġonna” fil-Floriana, dis-sena b’risq Puttinu

L-attività Ġenna ta’ Ġonna ta’ din is-sena li se ssir il-Ħadd li ġej 9 ta’ Ottubru fil-Floriana se tkun qed tieħu xejra ftit differenti.

L-attivitajiet li ssoltu kienu jsiru filgħodu se jibqgħu jsiru, il-ġonna “sigrieti” fis-swar, it-tentattiv biex wieħed jara l-istazzjon tal-ferrovija ta’ taħt l-art bil-gwidi li se jkunu qed jassistu biex wieħed jifhem l-irwol ta’ dan l-istazzjon. Wirjiet u ikliet, vettura li se tkun qed iddawwar lin-nies mal-lokal u ħafna aktar. Madankollu dis-sena l-attivtà se tibqa’ għaddejja sat-8.30pm, hekk kif mill-4.00pm ‘il quddiem ħafna mill-attivitajiet se jkunu qed isiru fi Ġnien il-Mall.

Fil-ġnien se jkun hemm stands ta’ ikel u xorb, stalls bi prodotti varji ta’ artiġġjanat, mudelli ta’ karrozzi antiki, Fil-ġnien se jkun hemm stands ta’ ikel u xorb, stalls bi prodotti varji ta’ artiġġjanat, mudelli ta’ karrozzi antiki, informazzjoni u petting minn The Malta Rabbit Club – Since 1963, logħob għat-tfal, logħob tal-futbol fit-triq, darts, archery, Tai Ji martial arts display, klieb tal-Pulizija mill- The Malta Police Force , Fire engine u membri mit-taqsima tat-tifi tan-nar mid-Dipartiment Civil Protection Malta, Il-Pulizija tal-Komunità Valletta & Floriana Community Policing Team, u ħafna aktar bis-sehem ta’ Ta’ Verna Folk Band u Kantera biex jallegraw lill-pubbliku.

Tul l-attività li hija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Floriana, wieħed se jkun jista’ wkoll jagħti donazzjoni li se tmur b’risq Puttinu Cares.

Ara aktar dettalji dwar l-attività hawnhekk.