L-infurzar fuq il-kaċċa illegali f’Għawdex huwa kwazi ineżistenti. Mhux neskludi li dan għandu x’jaqsam mal-fatt li l-Ministru responsabbli mill-Kaċċa u l-Insib, Clint Camilleri, huwa Għawdxi …u kaċċatur.
Sostna dan il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana f’konferenza tal-aħbarijiet fejn sostna li kollox qiegħed jindika li l-Pulizija f’Għawdex ma tridx tinforza l-liġijiet ambjentali, speċjalment dawk tal-kaċċa u insib bil-konsegwenza li l-każi illegali qed jiżdiedu.
Statistika ppreżentata minn BirdLife Malta uriet li bejn l-2013 u l-2017 kienu ġew irrapportati 266 każ ta’ għasafar protetti li ntlaqatu minn tiri t’arma tan-nar….dan filwaqt li fl-aħħar 5 snin jiġifieri bejn l-2018 u din is-sena…ġew irrapportati 700 każ, kważi t-triplu.
Filwaqt li f’Malta hemm problema, BirdLife spjegaw li kull meta jċemplu lill-Pulizija biex jiġu fil-post, ikunu hemm fil-pront. Madanakollu, f’Għawdex din il-preżenza hija zero.
BirdLife qed tghid lisfortunatament l-Pulizija għandhom ir-riżorsi biex jiżgombraw lil membri tal-BirdLife minn proprjetajiet allegatament privati…iżda biex jinfurzaw il-liġi b’rabta mal-kaċċa illegali m’għandhomx.
Sultana stqarr li dan ma jfissirx li huma l-uffiċjali nfsuhom li ma jridux jagħmlu dan, iżda wisq jibża’ li qed jingħataw dawn l-istruzzjonijiet.
BirdLife Malta insistiet li l-Gvern ma jistax jibqa’ jinsulenta l-inteliġenza tal-poplu meta jisħaq li dawn l-illegalitajiet jistgħu jiġu infurzati meta l-fatti juru li BirdLife Malta qed tagħmel aktar xogħol ta’ infurzar u tkopri aktar żoni mill-Pulizija nfushom.
Dan filwaqt li Mark Sultana insista dwar l-importanza tal-edukazzjoni f’dan il-qasam.
Dan is-suġġett, u temi ohra relatati, qed ikunu diskussi kull gimgha fil-programm Naturalment li jixxandar il-Ħamis filgħaxija fid-21:35 fuq Net Television.
//= $special ?>