Lokali

Min ħoloq din il-problema ekonomika ma jistax ikun hu li jsolviha – PN

“Wara snin jiġġustifika politika ekonomika msejsa biss fuq żieda bla rażan fil-popolazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana issa ammetta li din il-politika falliet.”

Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia fejn saħaq li wara snin li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq quddiemnett, flimkien ma’ bosta korpi kostitwiti u għaqdiet ta’ min iħaddem tgħidlu li din il-politika ma taħdimx, il-Ministru jammetti li l-politika tiegħu falliet.

Huwa insista li kellu jwassal lill-poplu f’sitwazzjoni ta’ disprament, b’ħaddiema, ġenituri u studenti mwaħħla sigħat fit-traffiku u sidien ta’ negozju jitilfu l-bejgħ minħabba l-konġestjoni.

“Hemm induna li l-politika falliet.”

Jerome Caruana Cilia qal li ftit jiem qabel ifassal il-pjan ekonomiku għas-snin li ġejjin, permezz tal-Budget 2023, il-Ministru tal-Finanzi nduna li triq li għażel hu, bil-barka ta’ Joseph Muscat u Robert Abela daħħlet il-pajjiż ġo ħajt.
Clyde Caruana u l-Gvern Laburista ħolqu din il-problema.

“Min ħoloq din il-problema ma jistax ikun hu li jsolviha.”