Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 17-il każ ġdid

Fl-aħħar sigħat kien hemm 17-il każ ġdid pożittiv, filwaqt li fiequ 21 persuna oħra. B’hekk il-każi attivi jinżel bi ftit għal 276.

Fortunatamet, fl-aħħar 24 siegħa l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kawza ta’ dan il-virus.

Ilbieraħ tħabbar li issa l-COVID m’għadhiex pandemija iżda saret endemija, li jfisser li l-Covid se tibqa’ magħna, u x’aktars se jkun virus staġjonali.

Tħabbar ukoll li fil-jiem li ġejjin se tibda tingħata t-tilqima kontra l-influwenza kif ukoll it-tilqima kontra l-varjant tal-Omicron, hekk kif qed ikun rakkomandat li din tibda tittieħed darba fis-sena.