Lokali Qorti

Dembska kienet f’sensiha meta ġiet ittorturata, stuprata u msawta

Paulina Dembska ta’ 29 sena kienet f’sensiha sew meta kienet qed tiġi ttorturata, stuprata u msawwta, u taf li kienet se tmut, qal tabib forensiku fil-qorti f’xhieda xokkanti. It-tabib espert tal-Qorti Mario Scerri qal li Dembska kienet mara b’saħħitha u li għamlet minn kollox biex tipproteħi lilha nfisha hekk kif l-aggressur tagħha qabadha minn xagħarha, sawwatha u għafassilha b’mod qawwi għonqha.

Minkejja l-attakk vjolenti, hija rnexxielha tikkawża ġrieħi fuq l-aggressur tagħha, u dawn kkawżaw feriti kompatibbli mal-ġlieda, qal Scerri. L-espert mediku forensiku kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Abner Aquilina, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Jannar 2022 fuq il-promenade ta’ Tas-Sliema.

Ritratti tal-vittma mill-Polonja li raha l-avukat tal-parte civile Stefano Filletti waqt li kontro-eżamina lill-espert wera li Paulina kellha diversi tbenġil fuq wiċċ, sider, koxox meta eżaminaha hekk kif kienet mimduda ħdejn rampa, mingħajr ħwejjeġ mill- qadd ‘l isfel u saqajn. Demsbka kienet attakkata waqt li kienet qed jieħu ħsieb numru ta’ qtates fil-Ġonna tal-Indipendenza ta’ Tas-Sliema, kmieni fl-Ewwel tas-Sena.

Kien hemm ksur fl-għadam tal-għonq, okkorrenza rari li tindika li kienet ġiet applikata “pressjoni manwali laterali severa u qawwija”, li wassal biex ix-xufftejn jinqasmu hekk kif l-aggressur imbutta ‘l isfel fuq ħalqha. L-evidenza wriet li kien hemm taqbida qabel ma ġiet attakkata u tniżżlet ma’ l-art.

Brix laterali fuq l-għonq kien kompatibbli mal-ferita kkawżata mill-iskufja (scarf) li kienet liebes. Trofof tax-xagħar tagħha kienu fuq il-puġġaman tax-xatt fejn seħħ il-qtil, fil-punt minn fejn qabadha minn xagħarha, ġibidulha mill-għeruq u bl-headphones li kienet liebsa jaqgħu. Żewġ feriti fiż-żona ġenitali tagħha wrew penetrazzjoni sfurzata hekk kif il-vittma bdiet tiġġieled lura.

Hija sofriet marki fuq id-dwiefer u s-swaba’ u ġrieħi kompatibbli ma’ impatt devastanti. “Qalet xebgha tajba]” qal Scerri. Dembska tenna li l-istudenta miet fgata kawżata minn pressjoni esterna massiva fuq l-għonq, li mblukkat il-passaġġi tan-nifs.

Saħaq li jidher ċar li l-aggressur tagħha kien taħt l-effett ta’ psikożi meta rah Scerri. Huwa kien tajjeb biex jinżamm arrestat iżda mhux tajjeb biex jiġi interrogat u aktar tard ġie ċċekkjat minn psikjatra u ttieħed l-Isptar Monte Carmeli. Psikjatri li eżaminaw lil Aquilina fuq talba tal-Qorti kkonkludew aktar kmieni din is-sena li kien fi stat ta’ ġenn fil-ħin tal-qtil.

Dik id-deċiżjoni fetħet il-bieb li tali proċess skont il-liġi, seta’ jieġu xejra li Aquilina kien fi stat ta’ ġenn. meta allegatament wettaq ir-reat. Numru differenti ta’ psikjatri li kellhom il-kompitu li jevalwaw jekk Aquilina kienx mentalment f’saħħtu jew le biex jgħaddi ġuri, u dawn kienu qalu lill-qorti f’Settembru li jemmnu li jista’ jgħaddi minn proċess.

Qabel Scerri xehed ukoll il-kuntistabbli William Grech li, fost l-oħrajn, kien għassa mal-imputat. Huwa qal li Aquilina qal fil-preżenza tiegħu li huwa suldat fl-armata tal-anġli tal-Mulej u li kien se joqtol aktar nies għax l-ewwel kien qatel waħda.

Lejn l-aħħar tas-seduta, Abner Aquilina intervjena meta kienet qed titkellem il-Maġistrat, u staqsa jekk setax jitkellem. Meta l-avukat tiegħu qallu li ma jistax jitkellem f’dan l-istadju, huwa interrompa għat-tieni darba, u mat-tielet darba, qal lill-Maġistrat li deheritlu l-Madonna ta’ Lourdes. Il-każ ġie ddifferit għall-14 ta’ Novembru li ġej.