Lokali Mużika

F’Novembru kunċert ta’ operetti mis-Società Filarmonica La Valette

Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette se tkun qed ittella’ kunċert tal-Operetti bl-isem ta’ “Magia di Operette”.

Dan il-kunċert se jkollu s-sehem tat-Tenur Taljan Andrea Bragiotto u s-Sopran Taljana Barbara Fasol.

Il-kunċert se jittella’ fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana u wieħed jista’ jsib il-biljetti għall-bejgħ mis-Sede tas-Società, mill-Istitut Kattoliku jew fuq is-sit showshappening.com.