Futbol Sport

Herman Bugeja u Enzo Potenza jiksbu l-liċenzja UEFA Pro

Il-(FIGC) Federazione Italiana Giuoco Calcio ħabbret uffiċjalment li l-kowċ Malti Herman Bugeja u l-kowċ Taljan b’esperjenza vasta f’Malta Enzo Potenza temmew b’suċċess il-kors tagħha għal-liċenzja UEFA Pro.

L-għażla għal dan il-kors offrut f’Coverciano hi limitata ħafna u għalhekk, li kowċ lokali jintagħżel biex ikun parti minn grupp ristrett u t’esperjenza hi waħda prestiġġjuża ferm. Matul l-istess kors kien hemm ukoll l-eks kowċ ta’ Hamrun Spartans Football Club Manuele Blasi, li wkoll kiseb il-liċenzja UEFA PRO.

Għal din l-edizzjoni kien hemm diversi coaches internazzjonali fosthom l-eks difensur internazzjonali tal-Arġentina Martin Demichelis, l-eks captain ta’ SSC Napoli Paolo Cannavaro, l-eks attakkant ta’ S.S. Lazio u Manchester City Rolando Bianchi u l-eks difensur ta’ SSC Napoli Salvatore Aronica fost l-oħrajn.