Rapport ta’ Rowen Camilleri
HIBERNIANS…………1
ŻEBBUĠ R……………..0
Hibernians: J. Haber, F. Apap, J. Grech, J. Degabriele (G. Mensah 82’), B. Kristensen (A. Agius 77’), D. Vella, Z. Grech (T. Aldama 46’), J. Zerafa (G. Artilles 46’), O. Muritala (J. Morillas 77’), A. Diakite, R. Soares
Żebbuġ R: M.Chetcuti, S. Bugeja, L. Almeida, T. Bartolo, A. Mizzi (S. Miloskovic 31’), S. Jankovic, N. Lokoli, R. Sanchez (Y. Tonna 64’), R. Vella, A. Soto, K. Bondin
Imwissija: L. Almeida 38’ (Ż), J. Zerafa 39’, G. Artilles 82’, A. Diakite 87’ (H)
Skorjaw: F. Apap 57’ (H)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Edward Spiteri u Max-Lee Muscat
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
Għalkemm ma mpressjonawx fil-logħob tagħhom, iċ-champions Hibernians ħadu dak li riedu meta fl-Istadium tagħhom għelbu lil Żebbuġ Rangers 1-0. L-uniku gowl tal-partita wasal fis-57 minuta mid-difensur Ferdinando Apap.
Qabel il-partita, it-Team Manager ta’ Hibernians Jesmond Abela preżenta flokk komomerattiv lill-attakkant Jurgen Degabriele wara li fl-aħħar partita għaqqad il-200 partita tiegħu fil-Kampjonat Premier.
Wara seba’ minuti Żebbuġ approfittaw minn inċertezza difensiva Pawlista bil-ballun jiġi għand Lokoli li minn qagħda angulata prova x-xutt iżda Haber dawwar f’korner. Fill-11-il minuta Muritala għal Hibernians avvanza max-xellug u tefa’ kross fil-baxx fejn sab lil Apap fil-kaxxa li minn qaddiem il-lasti tefa’ ferm għoli. Man-nofs siegħa logħob minn azzjoni personali Jake Grech minn barra l-kaxxa prova xutt b’saħħtu li Chetcuti ma rnexxielux jaħtaf bid-difiża ta’ Żebbuġ ittajjar il-periklu.
Żebbuġ fit-42 minuta kienu perikolużi f’żewġ tentattivi mill-istess azzjoni meta l-ewwel Justin Haber laqa’ x-xutt ta’ Jankovic bil-ballun jaqa’ f’saqajn is-sostitut Miloskovic b’Haber jerġa jilqa’ qabel mad-difiża tajjret il-periklu. Minuta wara fuq in-naħa l-oħra Jurgen Degabriele minn tarf il-kaxxa prova xutt b’saħħtu li Chetcuti laqa’ b’diffikultà. Tmiem l-ewwel taqsima tara liż-żewġ timijiet jidżlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.
L-andament fit-tieni taqsima baqa’ simili tal-ewwel 45 minuta b’Hibernians igawdu mill-pusses tal-ballun u fis-57 minuta kienu huma li marru minn fuq meta Degabriele tefa’ ballun fit-tul lejn Jake Grech li bil-ġirja qata’ lid-difiża u wara li avvanza qassam fin-nofs lejn Ferdiandno Apap li minn quddiem Chetcuti ma żbaljax u tefa’ fix-xibka. Fil-75 minuta minn kross ta’ Degabriele id-daqqa ta’ rass ta’ Dunstan Vella għaddiet tħakkek mal-wieqfa.
Fit-80minuta Żebbuġ kienu sfortunati meta l-korner ta’ Bondin waqa’ fil-kaxxa ż-żgħira ta’ Hibernians u wara serje ta’ xuttijiet il-ballun spiċċa tt-tajjar mid-difiża Pawlista. Fis-86 miunta Hibernians għoddhom għamluhom tnejn meta Dunstan Vella ta ballun preċiż lis-sostitut Mensah li wara li avvanza f’żewġ tenetattivi ra lil Chetcuti jsalva tajjeb.
Fl-aħħar sekondi tal-partita l-eks Leandro Almeida għal ftit ma kkastigax lil Hibernians iżda Haber kien attent u wara ħarġa tajba tajjar il-ballun f’korner. Wara li ngħataw sitt minuti ta’ ħin miżjud Stefan Pace saffar tmiem il-konfront b’Hibernians jieħdu t-tliet punti li jtellawhom momentarjament fil-ħames post.
//= $special ?>