Il-Partit Nazzjonalista qed jieħu azzjonijiet konkreti biex ikun investigat l-iskandlu tal-flyovers tal-Marsa.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilia fakkar kif il-Ħadd li għadda ħarġet l-allegazzjoni li Yorgen Fenech kien involut fil-proġett tal-flyover tal-Marsa. Kien ippubblikat ukoll li Yorgen Fenech kellu komunikazzjoni ma’ negozjant kbir li fost l-oħrajn issemma’ tixħim.. komunikazzjoni li seħħet dwar tender tal-proġett tal-flyovers tal-Marsa. Allegazzjoni fejn uffiċjali pubbliku xxaħħam minn persuni li kellhom interess f’dan it-tender. Dawn wassal biex probabbilment twettqu numru ta’ reati b’rabta mal-korruzzjoni
Karol Aquilina, dalgħodu mar l-Uffiċċju kontra l-Korruzzjoni u ppreżenta ittra fejn talab lill-Kummissjoni biex tinvestiga dan il-każ. Il-Kummissjoni hija indipendenti u l-PN jistenna li l-Kummissjoni tagħmel din l-investigazzjoni u jkun hemm konklużjonijiet.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Darren Carabott qal li dalgħodu flimkien ukoll mad-Deputat David Agius u Graham Bencini, talbu biex isir investigazzjoni dwar il-fatti marbuta ma’ dan l-iskandlu. Is-sitt talbiet li saru mill-PN kienu:
1. Issir investigazzjoni dwar il-proġett u n-negozjati li saru.
2. Il-proċess u n-negozjati li saru – x’sar eżatt? Il-PN talba investigazzjoni jekk kienx proċess ġust.
3. L-awditur jinvestiga kif il-Gven għażel lil din il-kumpanija Torka – li rriżulta li ma kinitx f’pożizzjoni finanzjarja tajba
4. Din is-soċjetà ġiet iffutmata wara li għalqet is-sejħa tal-offerti u ma kellha ebda esperjenza
5. Ftehim ma’ żewġ miljun ewro li kellhom jgħaddu minn min rebaħ it-tender lil 2 kumpaniji li huma ta’ Yorgen Fenech
6. Jekk setax, il-Gvern, jaqbad u jassenja kuntratt ta’ 40 miljun ewro lil din il-kumpanija mingħajr esperjenza
Id-Deputat Graham Bencini qal li dan huwa każ ieħor ta’ proċess vizzjat, għalhekk il-PN qed jindirzza din l-allegazzjoni mill-parti kriminali kif ukoll il-potenzjal li dan il-kuntratt ingħata b’mod vizzjat u hawn fejn jidħol il-PAC. Saħaq li l-għan tal-PAC huwa li jara li l-flus tal-poplu jintużaw b’mod responsabbli.
