Qed tissejjaħ il-Komunità Politika Ewropea – komunita’ li laqqgħet flimkien 44 pajjiż Ewropew, li l-Ġimgħa kienu indirizzati mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola – bil-kriżi tal-enerġija u l-gwerra fl-Ukrajna jibqgħu jiddominaw l-aġenda tad-diskussjoni.
Qabel il-laqgħat illi saru fiċ-ċentru ta’ Praga, Roberta Metsola tkellmet dwar il-ħtieġa li l-pajjiżi Ewropej jappoġjaw lill-familji li qed jintlaqtu miż-żieda fil-prezzijiet, speċjalment fejn tidħol il-kwistjoni tal-enerġija. Mal-ġurnalisti, hi insistiet li l-Ewropa trid tagħmel minn kollox biex tappoġja lin-negozji.
Roberta Metsola semmiet ukoll il-bżonn li l-Punent jibqa’ jappoġja lill-Kiev biex l-Ukrajna tirbaħ il-gwerra. U qalet li l-Ewropa trid twieġeb b’rispons proporzjonat quddiem it-theddid li qed jagħmel il-President Russu Vladimir Putin.
Metsola qalet li fl-ambitu tal-gwerra li għaddejja bħalissa fl-Ukrajna, l-UE se tibqa’ tappoġja bi sħiħ anke lil dawk il-pajjiżi fil-Lvant li għandhom mhumiex membri tal-unjoni fosthom il-Moldova.
//= $special ?>