Internazzjonali

Joe Biden jgħid li d-dinja bħalissa qed tiffaċċja l-akbar theddida ta’ “Armageddon”

Il-President Amerikan Joe Biden qal li d-dinja qed tiffaċċja l-akbar theddida ta’ “Armageddon” nukleari sa minn żmien il-President Kennedy u l-Kriżi tal-Missili f’Kuba.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li Biden qal dan il-kliem meta kien qed jitkellem waqt maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Demokratiku fi New York, bil-kummenti tiegħu kienu ‘off camera’ u nstemgħu mill-ġurnalisti li kienu jinsabu viċin tiegħu.

Dan il-kumment ġie ftit tas-sigħat wara li uffiċjali Russi wissew dwar il-possibbiltà li jintużaw armi nukleari fl-Ukrajna meta fir-realtà l-qawwiet tal-Kremlin sofrew aktar diżfatti. Xejra li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat, bit-truppi Russi dejjem qed jirtiraw miz-zoni li huma kienu ħakmu fix-xhur ta’ wara Frar 2022.