F’logħba missielta u li setgħet marret iż-żewġ naħat, kienu Żejtun Red Stars li spiċċaw fuq in-naħa rebbieħa meta għelbu lil Gżira United 4-3.
Gżira marru fil-vantaġġ permezz ta’ Alex Muscat iżda Żejtun dawwru r-riżultat b’gowls minn Gilbert Camilleri u Micheal Borg Olivier.
Il-Maroons ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Alistair Dalli iżda Żejtun reġgħu fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls grazzi għal Nikolay Filipov u Tyron Borg. Gowl minn Renato Conciecao għal Gżira ma kienx biżżejjed hekk kif l-iskor baqa’ dak ta’ 4-3 sa tmiem il-konfront.
Rabat Veterans kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Żurrieq Wolves 4-3 f’partita oħra missielta. Rabat marru 4-0 minn fuq b’gowls minn doppjetta ta’ Adam Smeir, gowl ta’ Darren Galea u awtogowl ta’ Jurgen Mifsud. Żurrieq wettqu reazzjoni u skorjaw tliet gowls minn doppjetta ta’ Clarence John Conger Thompson u Robert John Zammit iżda Rabat għarfu jżommu l-vantaġġ u ħarġu rebbieħa 4-3.
KLASSIFIKA
Żejtun Red Stars 6
MFPA 3
Gżira United 3
Birkirkara St Helens 3
Rabat Veterans 3
Luxol St Andrews 0
Pieta’ Hotspurs 0
Żurrieq Wolves 0
//= $special ?>