Futbol Lokali

“Kieku sofrejt abbuż jien, kont nitkellem” – Andrei Ciolacu

L-attakkant Rumen ta' Floriana jitkellem għall-ewwel darba dwar il-każ Devis Mangia

L-attakkant Rumen ta’ Floriana Andrei Ciolacu jemmen li jekk plejer isofri abbuż għandu jitkellem mal-ewwel.

Ciolacu stqarr dan f’intervista ma’ l-gazzetta GSP tar-Rumanija, li kompliet issegwi mill-qrib il-każ Devis Mangia u l-allegazzjonijiet li qed isiru.

F’intervista bi Skype, il-plejer ta’ Floriana kkonferma li hu kien ilu li sema’ b’ċertu xniegħat minn mindu kien jilgħab fi Craiova. “Kont naħseb li hija ċajta – sempliċiment għidut”.

Andrei Ciolacu insista li meta tibda tisma’ l-istess storja ġejja minn aktar minn sors wieħed tibda temmen li huwa veru.

Hu saħaq ukoll li kieku sab ruħu fil-pożizzjoni ta’ Razvan Popa kien jirreżisti u jsemma’ leħnu.