Ix-xitwa li ġejja għandha tkun ftit aktar qalila mis-soltu għat-Taljani wara li l-awtoritajiet iddeċidew biex jirrestrinġu s-servizz tas-central heating għar-residenti. Dan waqt li l-Italja saret l-aħħar pajjiż li ħa azzjoni fid-dawl tan-nuqqasijiet tal-gass dovuti għall-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi.
Id-digriet ġdid mill-Gvern qed jesiġi biex il-bini fl-Italja jagħmlu ħmistax-il jum addizzjonali mingħajr central heating – bil-poplu qed ikun avżat biex inaqqas is-sistemi għas-sħana bi grad u jitfihom ‘għal siegħa addizzjonali kuljum’.
Madankollu, in-nurseries u l-isptarijiet huma eżenti mid-direttiva u meta l-gvernijiet madwar l-Ewropa wkoll qed jaraw kif se jnaqqsu d-domanda għall-gass filwaqt li jippreservaw il-provvisti tal-enerġija minn qabel ix-xitwa.
Ħafna mill-pajjiżi kienu dipendenti fuq il-gass mir-Russja u qabel l-invażjoni tal-Ukrajna, l-Italja kieent it-tieni l-akbar importatur tal-gass minn dan il-pajjiż fost l-Istati kollha tal-Unjoni Ewropea. U waqt li l-Italja kienet qed timporta sa 40 fil-mija tal-gass tagħha mir-Russja l-ammont, issa, niżel għal għaxra biss fil-mija. Dan waqt li l-Gvern Taljan qed idur lejn sorsi oħra tal-enerġija u likwidi tal-gass naturali.
//= $special ?>

