Sport

Malta Invitational Games: Riżultati pożittivi mill-Maltin fit-Taekwondo u l-Bowling fl-ewwel ġurnata

Il-Malta Invitational Games bdew il-bieraħ meta atleti Maltin li kienu qedin jikkompetu fit-Taekwondo u l-Bowling kellhom riżultati pożittivi. Fit-Taekwondo, Michela Scerri rebħet midalja tad-Deheb, filwaqt li Alycia Cassar, Nathan Degiorgio u Samuel Vella kisbu midalja tal-fidda filwaqt li Luke Chircop u rebaħ il-bronż fil-kategorija tiegħu.

Saru numru ta’ logħbiet ta’ esibizzjoni għall-atleti iżgħar, b’Jean Schembri jirbaħ ilkompetizzjoni tiegħu kontra l-Gżejjer Faroe. Noah Kitcher u l-iżgħar atleta ta’ 6 snin Dwayne Micallef rebħu wkoll il-kompetiżżjoni tagħhom. Fil-kategorija tan-nisa Areti-Christina Chamaleli rebħet il-ġlieda tagħha kontra Mirian Poulson mill-Gżejjer Faroe.

Il-bowlers Maltin, li qed jikkompetu fl-avveniment tas-Singles ukoll kellhom bidu mill-aqwa b’żewġ midalji tad-deheb u waħda tal-Bronż. Wara 6 logħbiet Dennis Mercieca rebaħ id-deheb mill-irġiel (bi 3 pins biss) filwaqt li Cynthia Frendo Duca rebħet id-deheb minn nisa. Tiziana Carannante kisbet il-Bronż għal Team Malta