Ilbieraħ kien imiss it-tielet ġurnata tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Europa Conference League. Wara t-telfa umiljanti fid-derby ta’ Manchester, ir-Red Devils kisbu xi ftit ta’ sodisfazzjon fl-ewropa meta f’Ċipru għelbu lil Omonia 3-2. Għall-United gowls ta’ Anthony Martial u doppjetta ta’ Marcus Rashford li t-tnejn li huma bdew fuq il-bank tas-sostituti u ġew introdotti fit-tieni taqsima.
Il-klabb Ingliż l-ieħor fil-kompetizzjoni Arsenal kompla fejn ħalla fil-kampjonat b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq in-Norveġiżi ta’ Bodo/Glimt. Il-gowls tal-Gunners minn Nketiah, Holding u Vieira. Draw u telfa għaż-żewġ timijiet minn Ruma li qed jieħdu sehem fl-Europa League.
Fl-Awstrija Lazio setgħu biss jiksbu draw ta mingħajr gowls u dan minkejja li Sturm Graz lagħbu għal ħinijiet twal bi plejer inqas.
Fi Stadio Olimpico Roma tilfu kontra Real Betis u dan minkejja li kienu huma li fetħu l-iskor permezz ta’ penalty mogħti minn Paolo Dybala. Betis kisbu d-draw qabel l-intervall permezz ta’ Rodriguez u żewġ minuti mit-tmiem kien Luiz Henrique li skorja l-gowl tar-rebħa ta’ Betis.
F’logħbiet oħra PSV kisbu rebħa mpressjonanti ta’ 5-1 barra minn darhom kontra FC Zurich filwaqt li Qarabag barra minn darhom ukoll għelbu lil Olympiacos 3-0.

Riżultati:
EUROPA League
Red Star 4-1 Ferencvaros
HJK 1-1 Ludogorets
Malmo 0-1 Union Berlin
Monaco 3-1 Tranzonspor
Omonia 2-3 Man United
Sheriff 0-2 R. Sociedad
Sturm Graz 0-0 Lazio
Zurich 1-5 PSV
Arsenal 3-0 Bodo/Glimt
Roma 1-2 R. Betis
Braga 1-2 St. Gilliose
Fenerbahce 2-0 AEK
Freiburg 2-0 Nantes
Midtylland 2-2 Feyenord
Olympiacos 0-3 Qarabag
Rennes 2-1 D. Kyiv
EUROPA Conference League
Anderlecht 0-1 West Ham
Dnipro 2-2 Vaduz
Poznan 0-0 Beer Sheva
Molde 3-0 Shamrock Rovers
Pyunik 2-0 Zalgiris
Silkeborg 5-0 FCSB
Sivasspor 3-4 Ballkani
Slovacko 0-1 Nice
AZ Alkmaar 3-2 Apollon
Basel 0-2 Slovan
Koin -1 Partizan
Gent 0-1 Djurgarden
Hearts 0-3 Fiorentina
RFS 0-0 Basaksahir
S. Prague 0-1 Cluj
Villareal 5-0 A. Vienna
//= $special ?>