Lokali

Sean Gravina jikxef grupp ta’ Taljani li kielu fir-restaurant u telqu bla ma ħallsu

“Qed nikteb biex ristoranti oħrajn ma jingidmux”.

Hekk kiteb fuq Facebook ix-Chef Sean Gravina wara li grupp ta’ Taljani kielu “b’xejn” fl-istabbiliment tiegħu – sempliċiment għaliex qabdu u telqu bla ma ħallsu.

Gravina insista li qed jikxef l-identità tagħhom għaliex kienu huma li għażlu li “jisirqu”.

Hu wissa lil kollegi oħra, sidien ta’ ristoranti, biex joqgħodu attenti minn dawn il-ħames Taljani “dutturi”.