Futbol Sport

Birkirkara jsalvaw punt tard fil-partita

Gudja United 1-1 Birkirkara

F’partita minn naħa ta’ fuq tal-klassifika Birkirkara u Gudja ħadu punt kull wieħed hekk kif fl-Istadium Nazzjonali spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Gudja kellhom bidu perfett meta wara biss minuta fetħu l-iskor. Kien Vito Plut li laqat il-lasta b’daqqa ta’ ras minn korner bil-ballun jiġi għand Neil Micallef li ra x-xutt tiegħu maqlugħ minn fuq il-linja minn Yankam u fl-aħħar kien il-plejer tal-logħba Karl Micallef li minn rebound mill-viċin tefa’ fix-xibka. Minn wara dan il-gowl Birkirkara bdew jgħafsu biex jiksbu l-gowl tad-draw, gowl li ma wasalx sa tmiem l-ewwel taqsima u Gudja daħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ 1-0.

It-tieni taqsima kompliet tara lil Birkirkara jsibuha diffiċli jippenetraw id-difiża ta’ Gudja u fis-67 minuta kien it-tim immexxi mit-Taljan Andrea Agostinelli li mar viċin li jirdoppja bix-xutt b’saħħtu ta’ James Arthur jgħaddi ftit għoli. Fl-74 minuta reġgħu kienu Gudja li kienu perikolużi meta x-xutt ta’ Navarrete kien milqugħ tajjeb minn Nava.

Birkirkara skorjaw il-gowl tad-draw fil-81 minuta meta kien kross tas-sostitut Neil Micallef li sab lil Yannick Yankam li bir-ras għeleb lil Glenn Zammit għal skor finali ta’ 1-1.

Minn dan ir-riżultat bla dbju li l-aktar li gawdew kienu Ħamrun Spartans hekk kif issa fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti f’ras il-klassifika.